Brillanti Juniors: Minn 25 Illejla Ser Jonqsu Għal 14 – Sfida Akbar!

Kwartifinalisti

Il-Ħamis li għadda, Joseph Chetcuti u t-tim tieghu ta' Brillanti Juniors ħabbru lill-ħamsa u għoxrin kwarti-finalisti. L-isfida li twassal għall-istadju verament importanti ta' din l-avventura - l-għażla tas-semifinalisti ta' din l-ewwel edizzjoni ta' Brillanti Juniors!

Iva f'sagħtejn, it-tfal bravi tagħna minn Malta u Għawdex u lil hinn kellhom jitgħallmu kanzunetta u jkantawha live quddiem il-membri tal-ġurija tagħna, komposta minn Matt Bxck, Miriana Conte u Dianne Pilkington - sagħtejn biss!

Din hi sfida diffiċli immens saħansitra għall-aktar kantanti ta' esperjenza, aħseb u ara għal dawn it-tfal ħelwin tagħna li ma jaqbżux l-età ta' tlettax-il sena!

Għalhekk x'ser jiġri llejla? Min mit-tfal tagħna ser jegħleb din l-isfida tant diffiċli u fl-aħħar nett min ser ikunu l-14-il semifinalista ta' din l-ewwel edizzjoni ta' Brillanti Juniors 2026!

Inkunu nafu flimkien nhar il-Ħamis li ġej fit-20:30 dejjem fuq ONE!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI