Il-kumpanija lokali Benna, magħrufa għall-ħalib frisk u t-togħmiet innovattivi tagħha, qed tħejji għal tnedija oħra li diġà qed tqajjem kurżità fuq il-midja soċjali.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Benna qasmet frasi kurjuża li tgħid, “Saħħaħ il-ġurnata tiegħek… 11/02/2026” – Jidher li nhar l-Erbgħa ser nikkonfermaw it-togħma li ser tidħol fis-suq.
Flimkien ma’ dan, ippubblikaw ritratt li, skont xi segwaċi, jista’ jkun qed jindika togħma tal-ice coffee – madankollu xejn għadu mhu ċar, hekk kif dik ma kinitx l-unika togħma li kienet tinkludi l-kafè.
Matul is-snin, il-marka Maltija dejjem irnexxielha toħloq eċċitament meta tniedi prodott ġdid – minn ħalib bil-ħlewwa tal-vanilla, il-frawli u ċ-ċikkulata, sa edizzjonijiet limitati li spiss jispiċċaw mill-ixkafef fi ftit jiem.
Lesti?
Facebook/ Benna