Benna Jinku Li Fil-15 Ta' Lulju Ħa Jagħtuna Togħma Ġdida

Benna, magħrufa għall-prodotti friski u innovattivi tagħha, qiegħda terġa’ toħloq eċċitament fost il-konsumaturi Maltin bi ħjiel ġdid li qanqal il-kurżità. Fuq il-mezzi soċjali tagħha, Benna qasmet ritratt b’messaġġ intriganti, “Crunch, Cream & Everything in Between.”

Dan il-kliem, flimkien mal-istil viżiv tal-istampa li juża kuluri kannella u bojod li jfakkru fil-cookies n’ cream, qed iwassal ħafna biex jaħsbu li l-Benna qed tipprepara biex tniedi togħma ġdida tal-ħalib – Cookies n’ Cream.

Il-ġurnata indikata hija l-15 ta’ Lulju, li hija probabbilment id-data uffiċjali tat-tnedija ta’ din it-togħma ġdida. Fil-komunità online diġà hemm min qed jesprimi l-eċitament tiegħu, u oħrajn qed jistennew b’ħerqa biex jippruvaw dan il-ħalib, taħlita bejn il-ħlewwa tal-cookies u l-krema friska.

Jekk dawn is-suspetti huma veru, dan jista’ jkun pass ieħor lejn togħmiet aktar kreattivi li jiġbdu kemm lit-tfal kif ukoll lill-adulti.

Għalissa, madankollu, kollox għadu sigriet, imma ħaġa waħda hija ċerta: Benna qed toħloq aspettattiva u l-15 ta’ Lulju jidher li se jkun jum speċjali għal min iħobb il-ħalib.

Segwu l-paġni ta’ Benna u ħejju ruħkom għal togħma ġdida li tista’ ssir il-favorita ta’ ħafna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI