Gaetanino Jerġa’ Jżur Malta… Iqajjem Kontroversja Wara Li Tela’ Fuq L-Istatwa Ta’ Dom Mintoff

Filmat ta’ Gaetanino bilwieqfa fuq l-istatwa li hemm fil-Belt Valletta tal-eks Prim Ministru Malti Dom Mintoff ħalliet lil uħud jitbissmu u lil oħrajn jesprimu d-diżapprovazzjoni tagħhom.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, Gaetanino li hu turist Taljan, sar popolari f’pajjiżna wara diversi filmati li ttellgħu tiegħu fejn fost oħrajn jidher qed jipprova jdoqq il-pjanu fl-ajruport Malti kif ukoll jidher qed jiddaħħal fil-post fl-ajruplan fejn fih is-soltu jinżammu l-bagalji.

Dawn il-filmati kienu qanqlu reazzjonijiet diversi fost il-poplu Malti u, fil-fatt għal din ir-raġuni, Gaetanino kien tella’ filmat ieħor ftit jiem ilu fejn fih talab skuża lill-Maltin u fisser kif ma kellu l-ebda intenzjoni ħażina iżda stqarr li kien qiegħed biss jiċċajta.

@gaetanino97 DOM MY FRIENDS #malta #risate #gaetanino ♬ audio originale – gaetanino







Ritratti:

TikTok / @gaetanino97

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI