Nature Trust Malta ħabbru li bħal kull sena, fl-ewwel ta’ Mejju jibdew iduru l-bajja jiċċekkjaw għall-bajd tal-fkieren. Huma spjegaw li aħna, minkejja li m’aħniex voluntiera, xorta waħda nistgħu ngħinu l-ambjent permezz ta’ xi ftit azzjonijiet sempliċi.
Fuq il-paġna kitbu, “1. Żommu l-bajja nadifa. Itfgħu l-iskart fil-landa taż-żibel u jekk ikunu mimlijin, ħuduh magħkom u ddisponu minnu kif suppost. 2. Wara li tgawdu l-bajja, tħallux affarijiet warajkom li jistgħu jikkawżaw aċċident. Jekk ħaffirtu ħofra, erġgħu mlewha (ħofra tista’ tikkawża aċċident għal xi persuna billejl, u anke għal xi fkieren li jkunu qed jippruvaw jagħmlu bejta. Jekk tibnu kastell tar-ramel, iċċattjawh. 3. Fejn hu possibbli, billejl, użaw dawl aħmar minflok abjad.”
Nirringrazzjaw lill-voluntiera li jiddedikaw ħinhom biex jieħdu ħsieb l-ambjent.
Nature Trust – FEE Malta Wildlife Rescue Team