Bettina, Bint L-Attur Carlos Farrugia, Issegwi L-Passi Ta’ Missierha U Titla’ Għall-Ewwel Darba Fuq Il-Palk

Iċ-ċkejkna Bettina, bint l-attur lokali maħbub minn bosta Carlos Farrugia, qed issegwi l-passi ta’ missierha u għall-ewwel darba f’ħajjitha telgħet fuq il-palk. Madankollu, jidher li ċ-ċkejkna Bettina qed timraħ f’passjoni differenti fuq il-palk minn dik ta’ missierha hekk kif hi ntiża fiż-żfin.

Fuq il-midja soċjali, l-attur Carlos Farrugia tella’ ritratt ma’ bintu wara li hi ħadet sehem f’xow taż-żfin bil-kanzunetta popolari ‘I Have A Dream’ tal-grupp mużikali ABBA.

Carlos fisser kemm hu kburi b’bintu li kellha l-opportunità titla’ għall-ewwel darba fuq il-palk.



Awguri mill-qalb!





Ritratti:

Facebook / Carlos Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI