“Bħal Illum 11-Il Sena!” – Messaġġ Ħelu Ta’ Theresa Ann Lil Bintha F’Għeluq Sninha

“Bħal illum 11-il sena…”, hekk bdiet Theresa Ann messaġġ mimli mħabba biex tfakkar jum speċjali ħafna għal bintha. B’togħma ta’ umoriżmu, hi ddeskriviet lil bintha bħala “l-għalliema taċ-ċiniz” tagħha, filwaqt li enfasizzat kemm hi tifla determinata u persistenti.

Theresa Ann kompliet tħeġġiġha biex tibqa’ kif inhi, u qalet li f’din id-dinja dawn il-kwalitajiet huma importanti ħafna biex wieħed jimxi ’l quddiem. Il-messaġġ intemm b’awguri mill-qalb, “Happy birthday… inħobbok immens,” kliem li juri r-rabta sabiħa bejn omm u bintha f’dan il-jum speċjali.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lill-għażiża bintha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri!







Ritratti:

Instagram / Tereza Anna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI