Waqt Li Lbieraħ Ħafna Marru L-Baħar Jew Btala, Dawn Il-Ħaddiema Marru Jiġbru L-Iskart – Grazzi!

Filwaqt li bosta lbieraħ kienu qiegħdin igawdu l-festa ta' Santa Marija b'xi ġurnata baħar jew b'xi btala, sadanittant, il-ħaddiema dedikati li huma responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'pajjiżna komplew bil-ħidma tagħhom xorta waħda.

Qajjem kuxjenza dwar dan ilbieraħ fuq il-midja soċjali l-Viċi Sindku ta' Tas-Sliema. Hu saħaq li verament għandna għalfejn inkunu grati lejn dawn il-ħaddiema li qed jgħinu sabiex iżommu l-lokalitajiet Maltin u Għawdxin indaf, anke waqt festa pubblika.

Nirringrazzjaw lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-festi pubbliċi tad-dedikazzjoni u tas-sagrifiċċju tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Anton Debono Sliema Deputy Mayor

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI