Jirritornaw Qawwija U Sħaħ Pumpiera Maltin Li Ntbagħtu Fil-Portugall Biex Jgħinu Jitfu Nirien Kbar

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għadu kif ħabbar fuq il-midja soċjali li lbieraħ filgħaxija rritorna f'pajjiżna qawwi u sħiħ l-ewwel kontinġent ta' pumpiera Maltin li xi ġimgħat ilu ntbagħat barra minn xtutna sabiex jgħin fit-tifi ta' nirien kbar li bħalissa qed jaħkmu nħawi differenti fil-Portugall.

Ritratti li ttelgħu mill-Protezzjoni Ċivili dalgħodu juru lill-pumpiera jiġu milqugħin fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta mill-familjari u l-ħbieb. Uħud mill-pumpiera ġew saħansitra milqugħin mill-annimali tagħhom li tant iħobbu u li żgur ħassew ferm in-nuqqas tagħhom matul din il-ħidma li wettqu barra minn pajjiżna.

"Matul din l-esperjenza, il-pumpiera Maltin assistew lill-kollegi tagħhom Portugiżi filwaqt li wrew bil-fatti l-impenn ta' pajjiżna sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà u l-kooperazzjoni Ewropea," spjega d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dalgħodu fi stqarrija.

Dawn il-pumpiera Maltin issa mistennija jkomplu bil-ħidma tagħhom f'pajjiżna b'iżjed kuraġġ minn qatt qabel.

Prosit lil dawn il-pumpiera tal-kuraġġ u l-qlubija tagħhom!

Ritratti:

Facebook / Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI