Fl-10 ta’ Ottubru 1961, 16-il membru tas-16-il Malta Fortress Squadron tar-Royal Engineers tilfu ħajjithom fl-ajrudrom ta’ El Adem, fil-Libja.
Dan il-grupp kien parti minn forza ta’ 210 sappers, il-biċċa l-kbira Maltin, flimkien ma’ inġiniera minn Ċipru. Huma kienu ntbagħtu Tobruk ix-xahar ta’ qabel għal taħriġ fil-bini ta’ toroq u ajrudromi ta’ emerġenza.
Għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħaxija, hekk kif kienu qed iħejju biex jirritornaw Malta, 39 sapper Malti taħt il-kmand tal-Kaptan Francis J. Boatright telgħu abbord ajruplan tat-trasport Hastings 498 tar-Royal Air Force Brittanika. Waqt it-tlugħ fl-ajru, l-ajruplan iġġarraf u nħakem min-nirien; f’dan l-inċident tilfu ħajjithom uffiċjal Brittaniku wieħed u 15-il militari Malti. Din it-traġedja tibqa’ waħda mill-aktar mumenti koroh fl-istorja militari ta’ Malta fi żmien il-paċi.
Il-vittmi kienu:
Pawlu Cilia, 37 sena mill-Ħamrun
Nazzareno Portelli, 28 mill-Ħamrun
Michael Stivala ta’ 42 sena min-Naxxar
Geraldu Caruana miż-Żurrieq
Salvatore Lia, 31 mill-Ħamrun
Carmelo Tabone, 34 minn B'Kara
Francis Galea, 26 minn Tas-Sliema
Edward Barber min-Naxxar
Raphael Avallone, 27 minn Tas-Sliema
Nazzareno Busuttil, 36 mill-Ħamrun
Edward Harrison, 44 minn Tas-Sliema
Leli Falzon, 37 minn Naxxar
Joseph Psaila, 29 mill-Ħamrun
Nazzareno Sammut, 31 mill-Qrendi
Manuel Fsadni, 32 sena mir-Rabat
TVMnews