Illum l-10 t’Ottubru qed niċċelebraw il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali. L-għan ewlieni tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali huwa li titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ saħħa mentali madwar id-dinja u li jiġu mmobilizzati l-isforzi b’appoġġ għas-saħħa mentali.
Dan il-jum joffri opportunità lill-partijiet interessati kollha li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta’ saħħa mentali biex jitkellmu dwar ħidmithom, kif ukoll dwar x’hemm bżonn isir aktar biex il-kura tas-saħħa mentali ssir realtà għan-nies madwar id-dinja kollha.
Li titkellem dwar is-saħħa mentali tista’ tinħass diffiċli. Ħafna minna jinkwetaw li jgħidu xi ħaġa mhux xierqa, u dan jista’ jwaqqaf il-konversazzjonijiet qabel ma saħansitra jibdew. Iżda dawn il-konversazzjonijiet huma importanti ħafna. Dejjem fittex l-għajnuna!