Jidher li l-ammont ta’ xita li għamel dalgħodu wassal għal xi tiġrif ta’ ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Imġarr. Il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Lokali tkellmet dwar dan.
“Nixtiequ ninfurmaw lir-residenti biex isuqu b' attenzjoni minħabba xi tiġrif ta' ħitan tas-sejjieħ li setgħu iġġarrfu minħabba l-maltemp,” huma kitbu flimkien ma’ ritratt ta’ dan.
“Dan ir-ritratt juri parti minn Triq il-Ħaddedin. Infurmajna lis-Civil Protection Malta u dawn għandhom jintervjenu fuq il-post. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.”
Attenti!
Facebook / Kunsill Lokali tal-Imġarr