“Il-Ħarifa Se Tfakkarna Ftit Fil-Preżenza Tagħha Fi Tmiem Il-Ġimgħa” – Maltese Islands Weather

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi aktar informazzjoni rigward dak li għandna nistennew mit-temp.

Huma qalu, “Front kiesaħ fi triqtu lejna - xita bir-ragħad għal sbieħ is-Sibt segwita minn riħ aktar qawwi mill-Majjistral fil-jiem ta' wara. L-immaġni bis-satellita turi faxxa ta’ sħab assoċjata ma’ front kiesaħ li bħalissa jinsab fil-Punent tal-Gżejjer Maltin u li mistenni jaqsam iċ-ċentru tal-Mediterran fis-sigħat bikrin tas-Sibt. Il-passaġġ ta’ dan il-front jista’ jwassal għal ħalbiet tax-xita, li jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad. Madankollu, ix-xita mhux bilfors tilħaq il-lokalitajiet kollha bl-istess intensità.”

Żiedu, “Bidla fir-riħ: Wara x-xita r-riħ se jdur min-Nofsinhar għall-Punent Majjistru, u mistenni jilħaq Forza 5 sa 6 matul it-tieni nofs tas-Sibt u tul il-ġurnata kollha tal-Ħadd. Fl-istess waqt, il-wasla ta’ arja aktar friska se ġġib tnaqqis fit-temperaturi wara l-jiem sħan mhux tas-soltu li kellna dan l-aħħar. Il-ħarifa se tfakkarna ftit fil-preżenza tagħha fi tmiem il-ġimgħa!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI