“Kont Lesta Tibqa’ Tgħix, Imma Tliet Snin Ilu L-Mulej Riedek Hdejh. Nimmissjak Ħafna Ma!” – Dorian Cassar

Għaddew tliet snin minn meta sfortunatament ħallietna Grace Cassar, omm Dorian Cassar. Dorian kiteb kelmtejn emozzjonanti biex isellem il-memorja tal-għażiża ommu.

“Dan kien mument speċjali wisq!” hu kiteb b’referenza għal ritratt tagħhom flimkien. “Minkejja l-battalja li kont għaddejja minnha, xorta kont ferħana u kuntenta dakinhar. Kienet ġurnata li stajt nerġa’ narak imbiddla u tidħaq mal-ħbieb u tal-familja.”

“Kont lesta tibqa’ tgħix, imma tliet snin ilu, il-Mulej riedek ħdejh. M’għaddietx ġurnata li ma ħsibtx fik u tlabt għalik. nimmissjak ħafna Ma!”

Ritratt:

Facebook / Dorian Cassar II

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI