Bħal-Lum 8 Snin Ilu Pajjiżna Beka T-Telfa Ta’ Tony Camilleri, Magħruf Aħjar Bħala L-Bayzo

Eżattament bħal-lum 8 snin ilu pajjiżna beka t-telfa tal-kantant lokali Tony Camilleri, magħruf minn ħafna bħala l-Bayzo. Hu kien sar magħruf fost il-Maltin l-iżjed permezz tas-sehem tiegħu fil-band lokali The Malta Bums li tat il-ħajja lil għadd kbir ta’ kanzunetti ta’ suċċess fosthom ‘L-Ewwel Tfajla Li Ħabbejt’.

Matul il-karriera tiegħu Tony kellu l-opportunità li jdoqq f’numru kbir ta’ pajjiżi fosthom il-Ġermanja, l-Awstralja, l-Kanada kif ukoll l-Amerka. L-hena tiegħu kienet li jdoqq lil dawk l-emigranti Maltin li jiltaqa’ magħhom barra minn xtutna.

Hu kien ukoll ħa sehem fl-ewwel rock-opera li ttellgħet f’pajjiżna lura fl-1974 fit-Teatru Manoel li kienet iġġib l-isem ta’ ‘Dream’.



Tony irrappreżenta lil pajjiżna wkoll kemm-il darba f’numru kbir ta’ festivals barranin u bit-talent straordinarju tiegħu dejjem għamel unur lill-Maltin.



Fost oħrajn fakkar fuq il-midja soċjali l-memorja tiegħu llum il-mużiċist Daniel Cauchi fejn iddedika kanzunetta għalih.



Jistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Facebook / John B Dougall u YouTube / eurovisionfest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI