Wara xhur ta’ stennija, l-Eurovision reġa’ magħna. Nhar it-Tlieta li ġej inkunu nistgħu nsegwu l-ewwel semifinali tal-Eurovision fejn Malta ma tkunx tista’ tivvota. Imbagħad il-Ħamis nagħtu bidu għat-tieni semifinali fejn proprju se nkunu nistgħu naraw il-prestazzjoni ta’ Aidan. Bħal-lum ġimgħa huwa proprju l-finali tal-Eurovision fejn insiru nafu liem pajjiż se jkun is-70 rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni.
Wara li bdew il-provi, Malta telgħet fid-9 post tad-djar tal-imħatri fejn f’punt kienet ukoll fis-7 post. Bħalissa l-favoriti li jirbħu l-festival huma l-Fillandja, fejn jekk jagħmlu dan ikunu qed jagħmluh għat-tieni darba fl-istorja, 20 sena wara li rebħu permezz ta’ Lordi.
Nistennew u naraw!
ChatGPT