Bħal-Lum Sena Jay Rebaħ L-Ewwel Staġun Ta’ Big Brother Malta Wara 3 Xhur Ta’ Tensjoni, Drama U Emozzjoni

Proprju bħal-lum sena, tlett xhur ta’ tensjoni, drama u emozzjoni, laħqu l-qofol tagħhom f’serata finali fejn tlett kontestanti – Jay, Karl u Gabriel – it-tlieta li huma kienu fiċ-ċans li jirbħu l-ewwel edizzjoni ta’ Big Brother Malta u b’hekk ukoll il-premju ta’ ftit iżjed minn €40,000.

Gabriel kien ikklassifika fit-tielet post, Karl fit-tieni filwaqt li Jay kien ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ ta’ dik l-edizzjoni wara li rnexxielu jikseb l-iżjed ammont ta’ voti mill-pubbliku.



L-ewwel edizzjoni ta’ Big Brother Malta, li kienet bdiet f’Jannar tal-2025, kien irnexxielha tattira l-attenzjoni u l-interess ta’ udjenza wiesa ferm, b’mod partikolari permezz tal-abbiltà li ngħatat lis-segwaċi sabiex isegwu 24 siegħa kuljum x’ikun qed iseħħ fid-dar.



Matul dawk it-tlett xhur, id-drama u t-tensjoni ma baqgħux imsakkra mal-erba’ ħitan tad-dar ta’ Big Brother Malta hekk kif anke fuq bosta gruppi tal-midja soċjali spikkat id-diskussjoni bejn eluf ta’ segwaċi li lkoll kellhom il-kontestanti favoriti tagħhom.



Bħalissa l-applikazzjonijiet għat-tieni edizzjoni ta’ dan ir-reality xow jinsabu miftuħin.

Ritratti:

Facebook / Big Brother Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI