“Bħal-Lum Sentejn Iżżewiġna… Ftit Xhur Ilu Kellna Tarbija U Sirt Inħobbok Iżjed Minn Qatt Qabel” – Il-Kantant Ishmael Valletta

Il-kantant lokali Ishmael Valletta u martu Francesca llum qed jiċċelebraw it-tieni anniversarju tagħhom.

F’kitba fuq il-midja soċjali, l-kantant irrifletta fuq il-mument meta sentejn ilu ħa d-deċiżjoni li jieħu lil Francesca bħala martu. Fisser kif minn dakinhar martu mlietlu ħajtu “bil-ferħ u bl-imħabba” u stqarr li għaldaqstant ma jiddispjaċieh qatt li sentejn ilu ħa dik id-deċiżjoni.

Ishmael tkellem dwar kif madwar għaxar xhur ilu, hu u martu Francesca laqgħu f’din id-dinja lil binthom. Stqarr ukoll li minn dakinhar lil martu hu beda jħobbha iżjed minn qatt qabel.



Nawguraw lil Ishmael u Francesca iżjed snin ta’ ferħ u mħabba!





Ritratti:

Facebook / Ishmael Valletta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI