Wara li din is-sena ħadet sehem fit-tieni edizzjoni ta’ Come Dine With Me Malta, Natasha Brincat Zammit qed tibda kapitlu ġdid hekk kif se tkun qed tirrappreżenta lil Fgura fil-kompetizzjoni Mrs Malta 2026.
F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Natasha qasmet riflessjoni dwar l-importanza li napprezzaw l-affarijiet sempliċi fil-ħajja, fosthom is-saħħa, il-familja u l-għajnuna lil dawk ta’ madwarna.
“Fil-ħajja tal-lum, bil-ħajja mimlija tagħna, kultant ninsew x’inhi verament importanti u kemm għandna nkunu grati,” kitbet Natasha, filwaqt li saħqet li l-ħajja mhijiex dwar affarijiet għaljin jew materjali, iżda dwar il-mumenti żgħar li ħafna drabi nieħdu bħala fatt.
Hija spjegat, li għalija l-ħajja tfisser li tkun grat li tqum filgħodu, li tista’ tieħu n-nifs, tara u timxi, kif ukoll li tkun kapaċi tipprovdi għal dawk li tħobb. Semmiet ukoll l-importanza ta’ ġesti żgħar ta’ tjubija bħal li tgħin lil xi ħadd, tiftaħ bieb, tawgura ġurnata tajba jew sempliċement tisma’ lil xi ħadd li għandu bżonn jitkellem.
Bħala parti minn din l-avventura ġdida, Natasha se tkun qed tgħin biex tkompli titqajjem kuxjenza favur Hospice Malta, organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ, dinjità, kura u kompassjoni lill-pazjenti u lill-familji tagħhom.
“Il-Hospice Malta għandha post speċjali f’qalbi għaliex rajt b’għajnejja x-xogħol meraviljuż li jagħmlu,” qalet Natasha, hekk kif bdiet din l-esperjenza ġdida bħala Mrs Fgura.
Facebook/Natasha Brincat Zammit