Bħal-Lum Twieldet L-Attriċi Veterana Mibkija, Karmen Azzopardi – Insellmulek Għażiża

Karmen Azzopardi

Illum jaħbat jum twelid l-attriċi veterana mibkija, Karmen Azzopardi. Karmen żgur li tibqa' maħbuba mill-pubbliku Malti u Għawdxi.

Interpretat għadd kbir ta' karattri tul is-snin li ħallew impatt. Il-palk minn meta kienet żgħira kienet tħobbu u baqgħet attiva fih.

Imwielda fl-1934, l-attriċi llum kieku tagħlaq 92 sena! Il-karriera tagħha tista' tgħid li splodiet fis-snin 50 fejn it-talent tagħha kien apprezzat immensament, u bosta kumpaniji kienu jfittxuha sabiex tagħmel parti mill-produzzjonijiet tagħhom.

Karmen ħadmet ukoll ma' diretturi professjonali Ingliżi grazzi għall-fatt li kienet ħadmet mal-Birtish Institute Players, u kellha ċ-ċans li titħarreġ f'Londra mal-Actor's Studio fl-arti drammatika u anke ħadet sehem f'xi xogħlijiet li nstemgħu fuq ir-radju tal-BBC.

Hi kellha ċ-ċans taħdem mill-qrib mal-kittieb Fracis Ebejer, meqjus wieħed mill-ġganti tal-palk Malti li għen fl-iżvilupp tat-teatru modern.

Karmen ħalliet din id-dinja fis-16 ta' Marzu 2022, u dakinhar Malta tilfet wieħed mill-pilastri tal-ispettaklu u tal-arti.

F'isem il-qarrejja ta' Gwida.mt, minn hawn nirringrazzjaw lil Karmen ta' kemm-il darba nislitilna tbissima, bikkietna u qanqlitilna kull xorta ta' emozzjoni permezz tal-karattri li kienet qed tinterpreta.

Għal dejjem f'qalbna għażiża, u Awguri fil-ġenna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI