“Fl-Aħħar Tfaċċa Ritratt Ta’ Meta Ħadna Sehem Fil-Programm Blanzuni Fuq TVM, B’Kanzunetta Li Kont Ktibt ‘Welcome To Japan’.” – Joe Demicoli

Joe Demicoli

Riċentement, Joe Demicoli qasam tifkira sabiħa mill-programm Blanzuni tal-1985. Fl-aħħar tal-kitba tiegħu deher ukoll ritratt meħud minn filmat waqt il-programm.

"Fl-aħħar tfaċċa ritratt (meħud minn filmat) ta' meta ħadna sehem fil-programm Blanzuni fuq TVM, b' kanzunetta li kont ktibt Welcome to Japan."

Fil-band kien hemm Joe Demicoli bil-kitarra safra Fender Mustang, Mark Kram fuq il-keyboards, Adrian Mercieca bil-lead guitar, Eric Schembri bid-drums u Bernard Scerri fuq il-bass.

Sfortunatament, Eric Schembri u Bernard Scerri t-tnejn ħallewna f'età żgħira. Niftakru fihom b'rispett u b'għożża għall-memorji u l-mużika li qsamna flimkien.

X'memorji sbieħ!

Ritratti:

Facebook/ Joe Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI