Sitt snin wara l-inċident serju li biddel il-ħajja tal-mibki Enzo Gusman, martu Carmen Gusman qasmet messaġġ, fejn fakkret fil-jum li mmarka l-bidu ta' żmien ta' tbatija għalih u għall-familja tiegħu.
Fuq il-midja soċjali, Carmen kitbet li sitt snin ilu kien il-bidu "tal-vjaġġ tiegħu lejn il-Kalvarju" li dam 18-il xahar. Hi ddeskriviet dak il-jum bħala wieħed li baqa' mnaqqax għal dejjem fil-memorja tagħhom.
Minkejja li ż-żmien għadda, Carmen qalet li n-nuqqas ta' Enzo għadu jinħass kuljum.
"Jum li jibqa’ mnaqqax f’moħħna għal dejjem. Inħossu n-nuqqas tiegħu kuljum, iżda nsibu l-faraġ fil-fatt li jinsab f’post aħjar, fejn m’hemmx aktar tbatija."
Kuraġġ dejjem Carmen. Insellmu l-memorja ta' Enzo. Għal dejjem f'qalbna.