“Bħala Apprezzament Għax-Xogħol Kontinwu Tagħhom U L-Impenn Tagħhom Lejn Is-Sigurtà Tal-Lokalità U R-Residenti Tagħha” – The Malta Police Force

Jum iż-Żebbuġ 2026

Mument importanti ta’ rikonoxximent għall-ħidma fil-qasam tal-pulizija komunitarja f’Ħaż-Żebbuġ, Għawdex, hekk kif membri tat-tim tal-Community Policing fi ħdan The Malta Police Force ġew onorati waqt ċerimonja speċjali.

Din iċ-ċerimonja saret fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żebbuġ 2026, organizzata mill-kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ f”Għawdex.

“Dan ir-rikonoxximent ingħata b’apprezzament għax-xogħol kontinwu tagħhom u l-impenn tagħhom lejn is-sigurtà tal-lokalità u r-residenti tagħha.”

Il-pulizija komunitarja għandha rwol kruċjali fil-ħarsien tal-komunità. Permezz ta’ preżenza attiva fil-lokalitajiet u komunikazzjoni diretta man-nies, jippromwovu sens ta’ fiduċja u koperazzjoni.

Il-paġna qasmet diversi ritratti tal-okkażjoni wkoll. Prosit u Grazzi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI