Ftit tall-ħin ilu, Come Dine With Me Malta ħabbru li sfortunatament ser ikollna nistennew ftit aktar biex insegwu t-tieni episodju tat-tieni staġun. Minflok kif skedat, il-programm ser jixxandar fl-10 ta’ filgħaxija.
Huma qalu, “Nixtiequ nħabbru…. li minħabba l-programm speċjali li għaddej fuq TVM, Come Dine With Me Malta llejla ser jiftaħ għal pranzu għal ħabta tal-22:00. Mhux ser jiksaħ l-ikel tinkwetawx…”
Ilbieraħ morna d-dar ta’ Graziella fejn bħala riżultat irċeviet 25 punt. Illejla jmiss li mmorru għand Kimberly.
Nistennew u naraw!
Come Dine With Me Malta