“Għal 338 Sena Sa Mit-Twaqqif Tagħha, Il-Parroċċa Serviet Ta’ Komunità Ta’ Dawk Kollha Li Jemmnu f’Ġesu” – Parroċċa Nadur

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa Nadur qasmu mas-segwaċi tagħhom ritratt li jmur lura 40 sena kif ukoll kitba.

Qalu, “Tħejjija għal Jum il-Parroċċa 2 – Komunità, Servizz u Karità – Għal 338 sena sa mit-twaqqif tagħha, il-parroċċa serviet ta’ komunità ta’ dawk kollha li jemmnu f’Ġesù u li qed jagħmlu mixja spiritwali flimkien. Dan intwera permezz ta’ ħafna persuni li matul is-snin ħadmu, ħafna drabi fis-skiet, għall-ġid ta’ din il-komunità li minnha ħarġu wkoll bosta opri ta’ karità u servizz fil-missjoni, kemm lokali u kemm ‘il barra minn xtutna.”

Żiedu, “Ir-ritratt imur lura 40 sena ilu fl-1986 u juri lill-Arċipriet Mons. Salvu Muscat, li din is-sena qed jiċċelebra s-60 anniversarju mill-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, jippreżenta l-ewwel ħarġa tar-rivista ‘Luminaria’ lill-Isqof Mons. Nikol Ġ. Cauchi li permezz tagħha l-parroċċa tiġbor u twassal il-ħidma kollha tagħha matul is-sena.”







Ritratti:

Parroċċa Nadur

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI