Bil-Filmat: Isir Restawr Għall-Pitturi Li Jinsabu Fil-Ġewwieni Tal-Koppla Tal-Knisja Parrokkjali Taż-Żurrieq

Restawr Żurrieq

Il-Ministru Owen Bonnici ħabbar b’sodisfazzjon it-tlestija ta’ proġett importanti ta’ restawr fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, fejn il-pitturi fil-ġewwieni tal-koppla issa reġgħu ngħataw il-ħajja li jistħoqqilhom.

Skont il-Ministru, dawn il-pitturi kienu f’kundizzjoni li kienet teħtieġ intervent urġenti, u grazzi għall-fondi pprovduti mill-Gvern sar restawr sħiħ u ta’ livell għoli li issa tlesta b’suċċess.

“Bis-saħħa ta’ fondi li pprovdejna sar restawr sħiħ u mill-isbaħ tagħhom tagħhom, liema restawr issa hu komplut. Ukoll f’parti oħra tal-proġett u wkoll b’fondi tal-Gvern sar ammeljorament tal-lavur li hemm fuq il-parti interna tal-koppla. Xi ġmiel!”

Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif il-wirt kulturali u reliġjuż ta’ Malta jista’ jiġi mħares u msaħħaħ permezz ta’ investiment u ħidma kollettiva.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI