Għadha kif infetħet petizzjoni sabiex jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid sptar tal-annimali f’Malta.
Matthias Davidescu, il-persuna li qed tniedi din il-petizzjoni, tkellem mas-sit Times of Malta dwar il-ħtieġa li jkun hawn sptar tal-annimali f’pajjiżna hekk kif filwaqt li l-kliniċi ż-żgħar qed jagħmlu dak kollu li jistgħu, l-isforzi tagħhom mhux qed ikunu biżżejjed.
Hu jsemmi l-esperjenza tiegħu personali hekk kif ftit ġimgħat ilu mietlu l-kelb tiegħu Bruno li kellu bżonn assistenza medika iżda ma setax jingħata din l-għajnuna minħabba li kollox seħħ fil-weekend.
“Il-kelb tiegħi Bruno miet wara li ħa xi velenu tal-ġrieden imma billi dan ġara matul l-aħħar tal-ġimgħa ma stajniex nieħduh fl-ebda klinika,” stqarr Matthias mal-ftuħ ta’ din il-petizzjoni.
Hu saħaq li dan l-isptar tal-annimali għandu jsir sabiex jiġu salvati klieb oħrajn li jsibu rwieħhom f’sitwazzjoni simili ta’ dik ta’ Bruno.
Tistgħu tidħlu hawn sabiex taraw din il-petizzjoni.
Intom x’taħsbu?
Ritratti: Small Door Veterinary u Oakland Veterinary
Sors: Times of Malta