Biex Titnaqqas L-Obeżità F'Malta, Il-Gvern Se Joffri Injezzjoni Li Tgħinek Tnaqqas Il-Piż – Intom Titħajru?

Bit-tir li jitnaqqsu r-rati għoljin ta’ obeżità f’pajjiżna, l-Gvern mistenni jintroduċi injezzjonijiet li jgħinu lill-persuna sabiex tnaqqas il-piż.

Dan hekk kif din l-injezzjoni twassal sabiex il-persuna tnaqqas l-aptit u għalhekk tispiċċa tiekol inqas.

Il-Ministru għas-Saħħa saħaq ma’ Times of Malta li dawn l-injezzjonijiet se jkunu qed jingħataw lil persuni li jbatu minn xi kundizzjoni relatata mal-obeżità u li għandhom ukoll livell ta’ BMI li jiżboq il-35. 

“Il-problema tal-obeżità hija waħda kumplessa u s’issa fil-passat ftit li xejn irnexxielna nnaqsuha,” kompla l-Ministru għas-Saħħa.

Intom tinteressakom din l-injezzjoni biex tnaqqsu l-piż?

Sors: Times of Malta

Ritratti: PolarBearMeds u Optimum Endrocrine Care







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI