Bil-Filmat: Ara Min Xiex Kellha Tgħaddi Maxine Biex Ma Tiksirx Qalb Tfajjel Ċkejken

Lil Maxine ta’ Malta’s Got Talent rajnieha l-aktar matul dawn l-aħħar xhur. Iżda sena ilu kellha intervista ma’ Owen Bonnici waqt Prime Time fejn żvelat battikata li għaddiet minnha biex tikkuntenta tifel ċkejken.

Fi ħdan Jays Of Sunshine flimkien ma’ Angie Amato, Maxine tirrakkonta li kellhom iġorru rota li tant kienet kbira li bilkemm daħlet fil-karozza tagħhom. Maxine u Angie kellhom jagħmlu triq sħiħa jżommu r-rota barra l-karozza s’għand it-tifel li kien qed jistennieha. F’din l-organizzazzjoni Maxine u Angie jkunu hemm għal bosta tfal ġewwa r-Rainbow Ward fost l-oħrajn – ġest nobbli tassew!

Żgur li ma smajtx dwar din l-esperjenza ta’ Maxine u seħbitha. Ara aktar f’din l-intervista!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI