L-ewwel kantant tal-lejla, Jan jisraq ix-xena bil-kant anġeliku tiegħu, għal darboħra Jan jagħżel li jagħmel musical ferm popolari ’Phantom of the opera’. Jan iħobb ħafna l-musical theatre u joħlom li jmur jaħdem f’dan it-tip ta’ xogħol!
Howard qal, “Jien viżwalment m’għandi xejn xi ngħid, kont brillanti! Kien hemm xi noti baxxi imma kont kunfidenti”
Maxine qalet, “kont vera ambizzjuż li tiġi bil-Phantom! Il-prestazzjoni kienet fantastika!”
Sarah qalet, “int twelidt li tkun fuq il-palk! Vera nixtieqlek l-akbar futur minn qalbi”
u Ray qal “għandek preżezza sabiħa! Gustuż xorta avolja bil-maskra! Dan musical favorit tiegħi u ħadt gost li fakkartni f’dan il-musical”
Nawguraw lil Jan!
Ibgħat SMS vojt fuq 50614403 għal Jan Camilleri. Tista' tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.