Hekk kif ħabbarna l-bieraħ ilbieraħ f'Disney sar l-ewwel tieġ li qatt sar hemm! Iżda mhux biss! Għal dan l-ewwel tieġ kien hemm mistieden ħadd ħlief il-banda popolari Versatile Brass flimkien mal-kantanti Glen Vella u Martina Borg. Kien hemm ukoll id-Dj ta' Vibe FM Nate.
Staqsejna lil Nate li bħalissa għadu Pariġi fuq l-esperjenza tal-bieraħ. Qalilna.. "Kienet esperjenza tal-ġenn! ... Il-post leġġendarju. L-ewwel kien hemm reception bilqiegħda u mbagħad kien hemm after party wara sa kmieni filgħodu. Kienet reception ta' madwar 250 u 300 mistieden".
It-tieġ kien tal-kopja Varun Bhanot, 28 u Anishia Sett, 28. Jidher li Varun huma bniedem romantiku ħafna! Tafu kif proponiela?
Varun qal lit-tfajla tiegħu li kienu sejrin dawra bil-helicopter biex jiċċelebraw għeluq sninu. Imma minflok kellu sorpriża lesta għal Anishia. Fl-għalqa kien hemm miktub 'Anishia trid tiżżewġni?'.