Kemm hu importanti li nżommu f’moħħna li l-politiċi huma wkoll missirijiet, huma wkoll bnedmin bl-emozzjonijiet tagħhom. Dan jidher fiċ-ċar waqt programm bħal AWLA t’għada, fejn żewġ Ministri jiġu intervistati ma’ uliedhom.
It-tfal jitkellmu mal-preżentatur, Ronald Vassallo, dwar kemm sħabhom l-iskola jsemmulhom li raw lill-Papà tagħhom fuq it-televiżjoni. Apparti minn hekk jitkellmu dwar xi jħobbu l-iktar, speċjalment fejn jidħol is-sajf.
Ħa naraw anke mumenti ħelwin fejn jagħtu tgħanniqa lil missierhom. Segwu AWLA għada fid-20:45 fuq ONE.