Bil-Filmat: "Fejn tħobb il-qalb… 19/09/25" – Data U Xena Ġdida Ta' KWIR Tqanqal Kurżità Fost Is-Segwaċi!

KWIR, l-ewwel serje LGBTIQ bil-Malti, ixxandret għall-ewwel darba f’Jannar li għadda u mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna.

Il-produzzjoni, magħrufa għas-sinċerità tagħha, iddiskutiet temi soċjali u personali b’mod kuraġġuż u mingħajr filtri, u tat vuċi ġdida lill-komunità.

L-ewwel staġun intemm u ħalla impatt qawwi fuq l-ispettaturi – tant li ħafna bdew jitolbu t-tieni staġun. Iżda għad-diżappunt ta’ ħafna, il-produttur Brandon Terribile kkonferma li KWIR mhux se jkollha staġun ieħor.





Kienet dikjarazzjoni ċara… iżda kollox inbidel b’mossa waħda mhux mistennija. F’dawn l-aħħar jiem, il-paġni uffiċjali ta’ KWIR ippubblikaw poster ġdid u data misterjuża: 19/09/25.

Ebda spjegazzjoni. Ebda dettalji. U bla dubju, ħafna bdew jistaqsu x’għandu jkun dan. Qegħdin nistennew xi film? Episodju speċjali? Jew forsi xi proġett ġdid totalment?

Wieħed jista’ biss jispekula… imma ħaġa hi ċerta – KWIR għadu ma spiċċax, u issa, nistennew id-19 ta’ Settembru 2025



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI