Bħalissa ġewwa l-Imġarr nieżla xita qawwija mmens. Fil-filmat t’hawn taħt wieħed jista’ jara kif fi ftit ħin, qabdet niżla xita qawwija u l-ilmijiet fit-toroq żdiedu. Ftit tal-ħin ilu għidna li jekk is-sħaba tkompli tikber, hemm ċans li tinżel ix-xita b’mod lokalizzat. Jidher li dan seħħ!
Jekk niżla x-xita ħdejkom għidulna wkoll! Sa issa jidher li l-Imġarr niżla x-xita imma ma noħduhiex bi kbira jekk ix-xita tilħaq postijiet oħra madwar Malta u Għawdex. Dawk li kienu qed jippreparaw xi ġurnata l-Ġnejna spiċċaw imxarrbin mhux biss bl-ilma baħar imma bl-ilma tax-xita wkoll!