“Illum Sħabek Tal-Misraħ Sellmulek U Ġarrewk Għall-Aħħar Darba!” – Tingħata L-Aħħar Tislima Lil DJ Ryan Spiteri Ġewwa Ħaż-Żabbar.

Il-komunità tal-ispettaklu lokali ingħħaqdet ġewwa s-Santwarju tal-Madonna Tal-Grazzja sabiex issellem għall-aħħar darba lil DJ Ryan Spiteri, li ħalla din id-dinja nhar it-Tlieta li għadda. Ryan kien persuna maħbuba u stmata minn bosta, magħruf għat-talent u l-enerġija pożittiva tiegħu.

F’messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 sellmet il-memorja tiegħu. Huma ddeskrivew il-mument kommoventi fejn sħabu tal-Misraħ inġabru biex jiċċelebrawh għall-aħħar darba. L-għaqda rringrazzjat lil Ryan għas-servizz u l-imħabba kbira li dejjem wera lejn is-soċjetà u lejn raħal twelidu, Ħaż-Żabbar.

Filwaqt li wiegħdu li l-isbaħ mumenti li għexu flimkien se jibqgħu stampati f’qalbhom għal dejjem, huma esprimew ix-xewqa li l-Madonna tal-Grazzja tagħti s-sabar u l-konsolazzjoni meħtieġa lill-familjari u l-ħbieb kollha tiegħu f’dan il-mument ta’ qsim il-qalb.

Strieħ fis-sliem, Ryan.

Ritratti:

Facebook/Ryan Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI