Bil-Filmat: "Għandi Klieb Lesti Li F'Sitt Ġimgħat Jindunaw Min Għandu L-Covid" – Steve Micallef

Steve Micallef iħarreġ il-klieb għall-benefiċċju tan-nies biex jieħdu ħsieb is-sigurta f’pajjiżna. Dr. Frank Portelli ta’ spiss jirrimarka li jista’ jkun hemm klieb li jekk jitħarġu jkunu jistgħu jgħarrfu min għandu l-Covid-19 jew le.





Fil-programm ta’ Fliving, Karl jistaqsi lil Steve jekk din tistax issir. Steve jgħid, “Jien konvint li f’6 ġimgħat għandi klieb lesti li nħarriġhom u joħorġu fl-Ajruport jew skejjel biex jaraw min hu pożittiv u negattiv”. Jiġifieri l-klieb ipoġġu ħdejk jekk tkun pożittiv u jekk tkun negattiv jibqgħu għaddejin.

Iżda din il-ħaġa għaliex għadha ma ġratx? Steve jgħid li bħalissa qed jistennew awtoriżazzjoni mill-dipartiment tas-saħħa għax tkun trid każijiet pożittivi f’idejk. X’qed nistennew biex nagħmluha din? Steve jgħid li ilu minn Marzu jistenna risposta…



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI