Bil-Filmat: "Għidt, Irrid Nagħmel Konkors Differenti!… Għan-Nisa Li Għandhom Aktar Minn 60 Sena, U Jħossuhom Eleganti" – Ivan Gaffiero

Il-preżentatur Ivan Gaffiero, raġel dejjem bi tbissima u bi spirtu pożittiv, qasam ħsieb li kellu dal-aħħar, li ċertament ħa jieħdu gost bih ħafna! Għal darb’oħra Ivan ħaseb biex joħloq opportunità għan-nisa kollha, huma min huma, li għandhom 60 sena u iktar.

“Dalgħodu ħsibt, u għidt, Irrid Nagħmel Konkors Differenti! Eleganza 60+, hekk se jkun jismu. Għan-Nisa Li Għandhom Aktar Minn 60 Sena, U Jħossuhom Eleganti. Mhux bilfors tkun nanna, mhux bilfors tkun omm, imma tista’ tkun xebba. Tista’ tkun kont soru u ħriġt, per eżempju. Opportunità għal kulħadd,” jikteb Ivan. 

Araw aktar fil-filmat:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI