Bil-Filmat: “Għalhekk Għamilnieh Dan L-Akbar Investiment Li Qatt Ra Il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali” – Jason Micallef

Il-Concert Area fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali qed tkompli tissaħħaħ bħala waħda mill-aktar venues importanti għall-avvenimenti kbar f’Malta, hekk kif matul dan is-sajf se tilqa’ wħud mill-akbar ismijiet fix-xena mużikali internazzjonali.

F’post fuq il-midja soċjali, Jason Micallef ħabbar li l-Concert Area se tkun qed tospita kunċerti ta’ artisti ta’ fama mondjali fosthom Lionel Richie, Lewis Capaldi u Calvin Harris. Barra minn hekk, il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi wkoll l-atmosfera tal-festival Summer Daze, li kull sena jiġbed eluf ta’ persuni.



Micallef spjega li dawn l-avvenimenti qed isiru f’ambjent li ġie żviluppat permezz ta’ dak li ddeskriva bħala l-akbar investiment li qatt sar fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Huwa sostna li dan l-investiment mhux biss serva biex itejjeb l-esperjenza ta’ dawk li jattendu għall-kunċerti, iżda wkoll biex ikompli jżid il-valur tal-Park Nazzjonali, li huwa meqjus bħala l-akbar spazju aħdar fil-pajjiż.



Bil-wasla ta’ artisti internazzjonali ta’ dan il-kalibru, Ta’ Qali mistenni jerġa’ jkun wieħed mill-punti ewlenin tad-divertiment fis-sajf Malti, b’eluf ta’ dilettanti tal-mużika mistennija jattendu għall-avvenimenti li ġejjin.



Ritratti:

Facebook / Jason Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI