Bil-Filmat: “Għalina Hi Ħaġa Normali” – Barbier Mill-Marokk Imur Jaqta’ Xagħar L-Anzjani Bħala Ġest Nobbli

Prosit Ali

Waqt TVAM kien mistieden Ali, barbier mill-Marokk, li jitkellem dwar kif fil-ħin liberu tiegħu hu jħobb iżur lill-anzjani u jaqtgħalhom xagħarhom.

Sieħbu jgħid, “Għalina hi xi ħaġa normali fil-Marokk. Jekk xi ħadd ma jiflaħx id-dar, jew jinsab l-isptar, jew ma jistax joħroġ mid-dar, mhux bilfors xi ħadd anzjan… normali li jekk xi ħadd jistaqsi għall-għajnuna mmorru ngħinuh.”

Jgħid li Ali stess ħareġ b’din l-idea, u jikkomunika ma’ persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna. Segwi aktar fil-filmat:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI