Preparaw ruħkom, għax ġejja Melina fil-villa, u mhux se tiddejjaq jekk tinħoloq xi daqsxejn drama! Ngħiduha… il-villa qatt ma tkun nieqsa minnha!
Melina tgħid li hi red flag għaliha jekk raġel ikollu mudell partikolari ta’ karozza… sew. Hi tammetti li mhix it-tip ta’ persuna li teħel ma’ xi ħadd u ma tħallix għażliet.
“Ma rridx neħel ma’ wieħed biss. Naħseb nagħmel l-istess fil-villa, ħa noħloq ftit drama,” tgħid Melina.
Ġejja tagħkom islanders!