Come Dine With Me Malta ħabbar uffiċjalment li nfetħu l-applikazzjonijiet għat-tielet staġun tal-programm popolari li jġib miegħu kompetizzjoni mimlija personalitajiet differenti u divertiment.
Il-produzzjoni qed tfittex kontestanti ġodda li għandhom talent fil-kċina, iħobbu jilqgħu lin-nies u kapaċi joħolqu atmosfera memorabbli waqt ikla fid-dar tagħhom.
Il-programm, li kiseb popolarità kbira f’Malta, se jerġa’ jagħti ċ-ċans lil dilettanti tat-tisjir biex juru l-ħiliet tagħhom quddiem udjenza nazzjonali.
“It-tielet staġun ta’ Come Dine With Me Malta qed ifittex il-kontestanti! Qed infittxu nies b’talent fil-kċina u personalità kbira. Jekk taf issajjar u tħobb tilqa’ n-nies – wasal iż-żmien tiegħek! Applika issa!”
Dawk interessati japplikaw huma mħeġġa jagħmlu dan mill-aktar fil-ħolqa HAWN
Facebook/ Come Dine With Me Malta