Bil-Filmat: "Għandu Jkun Hemm Xi Sinjal Dwar Il-Periklu" – Wieħed Mis-Sidien Tal-Karozzi Li Spiċċaw Fil-Baħar

Sinjali li jwissu lis-sewwieqa biex ma jħallux il-karozzi tagħhom ipparkjati fil-front tal-baħar fi temp maltemp għandhom jiġu installati fil-moll tan-nofsinhar taċ-Ċirkewwa, raġel li l-karozza tiegħu nbelgħet mill-mewġ nhar il-Ħadd, qed iħeġġeġ.

Is-sid fil-filmat jgħid, “Għandu jkun hemm xi sinjal dwar il-periklu li tħalli l-karozza tiegħek hawn fi temp maltemp. Kien ġust li nħallas għat-tneħħija tagħha mill-baħar biex nevita aktar ħsara lill-ambjent,” qal Nicola filwaqt li qal li issa ħa jkollu jixtri karozza oħra, avolja li kellu kienet taqdih sew u taħdem perfettament.





L-istess appell tennieh Raniero Borg, bugħaddas min Raniero’s Adventura – Live Life li xeħet filmat fuq Facebook li juri ż-żewġ karozzi f’qiegħ il-baħar barra mill-moll.

Borg meta tkellem ma’ Times of Malta ħeġġeġ lil Transport Malta u lill-kunsill lokali biex jinstallaw sinjali ta’ twissija bil-Malti u bl-Ingliż biex ma jħallux aktar karozzi jinbelgħu mill-baħar u jniġġsu qiegħ il-baħar fl-istess ħin.

Hu appella lis-sid tat-tieni karozza biex jerfa’ l-vettura barra mill-baħar u żied jgħid li jista’ jgħin lis-sewwieq biex jagħmel dan.

Facebook / Raniero’s Adventures – Live Life



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI