Dr Chris Barbara tkellem waqt il-programm Kuxjenza, li ser jixxandar nhar is-Sibt li ġej, fejn f’mument minnhom jitkellem dwar kemm hu twil u kkumplikat il-proċess biex jaslu biex jikkuraw xi marda rari.
“Ġieli jgħaddi perjodu ta’ 8 snin investigazzjoni biex naslu fejn naslu għad-dijanjosi. U ġieli jgħaddu 8 snin u nkunu għadna ma wasalniex. Issa llum bl-avvanzi tax-xjenza, qed ngħaġġlu daqsxejn iktar. Illum nagħmlu dik li ngħidulha whole gene sequencing – il-genes inqassmuhom biċċa biċċa, imma mbagħad trid iddaħħalhom f’dak li ngħidulhom bioinformatics, ħa tqabbel ma’ x’inhu normal, mal-kundizzjoni, mas-sintomi klinċii li qed ikollu l-individwu.”
Jaqbel mal-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat xħin tgħidlu kemm aħseb u ara kemm hi diffiċli biex mbagħad isibu l-kura.
Segwu aktar waqt Kuxjenza fil-17:30 fuq TVM.