Riċentament tħabbret il-mewt ta’ Neil Sedaka li kellu 86 sena. Sedaka twieled fit-13 ta’ Marzu tal-1939 fi Brooklyn, New York. Sa minn età żgħira wera talent straordinarju fil-mużika u studja fil-Juilliard School of Music. Fil-bidu tal-karriera tiegħu kien membru mal-grupp mużikali The Tokens. Kisbu suċċess kbir, u jibqgħu magħrufin għal dejjem għall-verżjoni tagħhom tal-kanzunetta The Lion Sleeps Tonight fl-1961, li hija sinonima mal-film The Lion King
Jibqa’ magħruf ukoll għal numru ta’ kanzunetti li kiteb fis-snin ħamsin u sittin kif ukoll fil-karriera solista tiegħu wara li telaq minn ma’ The Tokens. Bosta kanzunetti li kiteb jinkludu Oh! Carol, Calendar Girl u Breaking Up is Hard to Do.
Jistrieh fis-sliem.
Facebook/Neil Sedaka