Bil-Filmat: “Goodluck Lil Michela U Liż-Żgħażagħ Kollha F’Dawn Iż-Żminijiet Ta’ Eżamijiet.” – Il-Ministru Omar Farugia

Omar Farrugia

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Omar Farugia, qasam messaġġ ta’ inkoraġġiment lil dawk kollha li bħalissa għaddejjin mill-perjodu tal-eżamijiet.

F’messaġġ li ppubblika fuq il-midja soċjali, il-Ministru awgura b’mod speċjali lit-tfajla tiegħu, Michela, li bħalissa qed tistudja d-dentistrija u tinsab għaddejja bl-eżamijiet tagħha.



Madankollu, Farugia ħa wkoll l-opportunità biex iwassal kliem ta’ kuraġġ liż-żgħażagħ kollha li qed jagħmlu l-eżamijiet f’dan il-perjodu, filwaqt li awguralhom li l-isforz, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li għamlu matul is-sena jkunu riflessi fir-riżultati tagħhom.



Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi awgura l-isbaħ xewqat lil kull student, bit-tama li dak kollu li stinkaw għalih tul ix-xhur li għaddew issa jibda jagħti l-frott tiegħu.



Ritratti:

Facebook / Omar Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI