Daniel u Fiorella Chircop kienu mistednin waqt il-programm TVAM fejn tkellmu dwar it-tfal fost l-oħrajn. Meta Ian staqsihom min hu l-aktar imqareb, semmew kif normalment meta jkunu kwieti, jindunaw li qed jippjanaw xi ħaġa bejniethom.
Fosthom f’Jum San Valentinu, hekk kif preparawlhom sorpriża ħelwa u kreattiva! “Meta jkun hemm il-kwiet, ngħid ħa jiġri xi ħaġa. Għamlulna l-Valentines gift. Ħadulna ċ-ċrieket u għamlulna taparsi tieġ. Kienet vera ħelwa.”
Jitkellmu anke dwar il-karattru tat-tfal, u lil min minnhom l-aktar li jarawhom jixbħu, f’sitwazzjonijiet differenti. Daniel jgħid li t-tifel jistħajlu preżentatur tajjeb, waqt li t-tnejn li huma jħobbu l-moda, bħal Fiorella.
Araw aktar fil-filmat: