Bjorn, Maria u t-tim kollu ta’ DAR Bjorn, kontinwament jagħmlu minn kollox biex lir-residenti jżommuhom ferħana u jfakkruhom li huma jinsabu dejjem hemm għalihom.
F’dawn iż-żminijiet ta’ festi, iddeċidew li anke jferrħuhom b’rigal li fih messaġġ mill-isbaħ. Rigal li jfakkarhom, li jiġri x’jiġri, huma qatt ma jinsabu weħidhom.
“B’dan ir-rigal, xtaqna nfakkru lir-residenti li din il-mixja diffiċli mhux qedgħin waħidhom. Il-Festi t-tajba,” jikteb it-tim.
Fil-filmat nistgħu naraw l-emozzjonijiet u r-reazzjonijiet ta’ ferħ fost ir-residenti meta rċevew par kalzetti li jirrappreżentaw l-għaqda u l-appoġġ.