Bil-Filmat: “Huwa Dan Li Jagħtini Sodisfazzjon Kbir Illum Il-Ġurnata” – Clare Agius Iġġedded Il-Memorji

Il-preżentatriċi Clare Agius ippublikat filmat ferm interessanti. Hi kitbet żewġ affarijiet li ta’ età żgħira kienet tant tħobb; Reċtar u Numri. Clare tgħid li dawn it-tnejn użathom ħafna fil-ħajja tagħha.

Mir-reċtar infetħitilha opportunità li taħdem ġo films, fuq it-televiżjoni… Minn hemm tgħallmet ftit fuq ir-reklami u spiċċat tikteb l-iskripts. Min-naħa l-oħra n-nurmi wasluha biex tixtri proprjeta li minn hemm fetħet l-ewwel negozzju tagħha. Irnexxielha ssir pilota u produċiet programm jismu ‘Airborne’ li għaqdet iż-żewġ affarijiet li tħobb.



Clare tħeġġeġ biex l-edukazzjoni ma tiġiex biss bil-mod tradizzjonali iżda hemm ukoll il-vocational skills, “Wieħed għandu jipprova affarijiet ġodda x’jista’ jagħmel u jagħmel dejjem dak li jħobb. Hu dan li jagħtini sodisfazzjon kbir illum il-ġurnata” tisħaqq Clare.

Ara ftit il-filmat: 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI