Alana kienet waħda mill-mistednin ta’ Ryan Borg fil-programm ‘Sibtek’. Ryan staqsieha fuq it-tieġ tagħha li sippost kellu jsir din is-sena. Wara li kienu ilhom 11-il sena flimkien, Alana u Nicky iddeċidew li jiżżewġu, l-ewwel data kienet f’April iżda minħabba l-pandemija din kellha titħassar. It-tieni kienet fl-14 t’Awissu u ġiet imħassra 9 tijiem qabel biss! Mhux ċajta jkollok kollox lest u t-tieġ ma jsirx.
L-aktar ħaġa li niktet lil Alana kienet il-fatt li missierha mhux ser ikun preżenti fit-tieġ tagħha. Alana sfortunatament titlef lil missierha meta hi kellha 19-il sena. “Kont ngħid lil ommi u lill-għarus tiegħi li ma nixtqx niżżewweġ għax diġà parti minni ma kinitx hemm, missieri ma kienx ser itellani fuq l-artal”.
Alana tgħid li missierha għaliha kien daqs l-akbar ħabib, “Mistħija ma kienx hemm, ma’ xulxin konna kteb miftuħ. Naf li qatt ma ried jarani imdejqa u aħna konna l-mimmi t’għajnejh”. Alana tagħmel kuraġġ lil dawk in-nies li tilfu lil xi ħadd għażiż tagħhom, “Il-ħajja trid tkompli imma dejjem għandek dak iċ-ċertu vojt li ħadd ma jista’ jimlijulek. Alinqas kont ixxurtjata biżżejjed li gawdejtu għal 19-il sena sħaħ. Trid titgħallem tgħix bis-sitwazzjoni li tkun fiha u tgħożż il-memorja tagħhom kuljum”.
Kemm aħna kburin bik Alana! Kompli b’dik it-tbissima fuq wiċċek! Sadanitant Sibtek jirritorna għada s-Sibt fuq TVM.
Sibtek / TVM