B’hekk rajna t-tlettin semi-finalist ta’ Malta’s Got Talent u jagħlqu dan is-semi-finali kienu il-Kinetic Dance Academy. Kinetic illejla kienu mimlijn enerġija u interpretaw kanzunetta remix b’għadd ta’ kanzunetti magħrufa. Jgħidu li għamlu dil-prestazzjoni fuq online għax kienu kważi kollha kwarantina. Kolha kienu sinkoroniżżati u stajna nammiraw it-talent taċ-ċkejkna li spikkat.
Howard qal, “Illum tajtuna ħafna affarijiet xi stajna naraw”
Maxine qalet, “Ridt noħroġ u niżfen magħkom! Kien stil differenti mill-ewwel darba”
Sarah qalet, “Din id-darba l-prestazzjoni tagħkom kienet tal-ġenn!”
u Ray qal “Kinetic proset! Kellkom enerġija u tgħidu storja!”
Nawguraw lil Kinetic Dance Academy
Ibgħat SMS vojt fuq 50614410 għal Kinetic Dance Academy. Tista’ tivvota 3 darbiet biss għal kull kontestant u kull SMS jiswa 47ċ.